Skip to main content
Reform Support

Ħiliet, edukazzjoni u taħriġ

Edukazzjoni inklużiva

L-oqsma li jappoġġjaw ir-riformi għall-edukazzjoni inklużiva jinkludu l-ħtiġijiet tal-edukazzjoni speċjali, l-indirizzar tat-tluq bikri mill-iskola u t-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ għat-titjib tal-governanza, il-kwalità u l-flessibbiltà tal-edukazzjoni għall-adulti. Enfasi partikolari hi fuq it-tisħiħ tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali, kemm fil-forza tax-xogħol kif ukoll fost iċ-ċittadini b’mod ġenerali. Dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, ir-riformi għandhom l-għan li jżidu l-adattabbiltà u l-kapaċità tas-sistemi biex jappoġġjaw l-iżvilupp tal-ħiliet rilevanti.

EŻEMPJI TA’ OQSMA TA’ APPOĠĠ

  • Indirizzar ta’ riżultati baxxi fl-edukazzjoni u l-abbandun bikri mill-iskola
  • Edukazzjoni għall-adulti
  • Edukazzjoni u ħiliet diġitali
  • Edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal
  • Effiċjenza tas-sistemi ta’ finanzjament u ta’ nfiq
  • Edukazzjoni inklużiva
  • Monitoraġġ tas-sistemi edukattivi u tfassil tal-politika
  • Edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali

Edukazzjoni għolja u riċerka

Il-Kummissjoni tappoġġja wkoll riformi biex tiżdied il-kwalità u tiġi stimulata l-eċċellenza fl-edukazzjoni għolja u r-riċerka, inklużi politiki biex is-sistemi jsiru aktar inklużivi, konnessi u innovattivi. 

Fis-setturi kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riformi għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità u l-professjonaliżmu tal-istaff tal-edukazzjoni, inklużi l-mexxejja edukattivi.

EŻEMPJI TA’ OQSMA TA’ APPOĠĠ

  • Riforma tal-kurrikulu (inkluża l-valutazzjoni tal-istudenti)
  • Edukazzjoni għolja, riċerka u innovazzjoni
  • Politika ta’ tmexxija tal-għalliema u tal-iskejjel

Dettalji ta’ kuntatt

Punt ta’ kuntatt ewlieni għall-applikazzjoni għall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku

REFORM-TSI@ec.europa.eu

Skopri aktar